YouthReach new site

Events

What we do

Downloadhttp://bigtheme.net/joomla Joomla Templates

Din is-sena diġa' smajna ħafna fuq il-fatt li l-Knisja tat bidu għall-Ġublew straordinarju tal-Ħniena. Il-Knisja qed titlobna biex inħennu bħall-Missier! Pero' frażi bħal din, taf tassew tkun kbira wisq għalina ż-żgħażagħ, u mhux daqshekk realistika. Kif nistgħu nkunu perfetti bħalu? Wara kollox, x'nifhmu biha li tkun ħanin? Li tkun dgħajjef jew li tkun perfett bħall-Missier? Papa Franġisku qalilna;

"Ejjew ma naħlux dan iż-żmien tar-Randan hekk tajjeb għall-konverżjoni."

Għalhekk nistednukom tingħadqu magħna u mas-Superjur Tonio Caruana, għal ftit jiem ta' diskussjoni flimkien, sabiex aħna bħala żgħażagħ inkunu nistgħu nifhmu xi tfisser tkun ħanin kif ukoll naraw kif huwa possibli tkun ħanin fis-sena 2016!

Dati - 22-25 ta' Frar. Jingħata bidu għal dawn l-Eżerċizzi b'quddiesa fil-21 ta' Frar
Post - Parquet Room, Ċentru Parrokkjali, Attard
Ħin - 8:00 p.m.