Loading Events
  • This event has passed.

Mental Health

21st June, 2018 at 20:30 - 22:00

Jien u int għandna l-istejjer tagħna, stejjer li jagħmluna min aħna llum. Xi kultant ikun hemm aspetti mill-istejjer tagħna li ma nkunux irridu nuru għax jimbarazzawna u minħabba f’hekk nistgħu nippruvaw naħbu dak li nkunu għaddejin minnu u nsibuha diffiċli nistaqsu għall-għajnuna.

Fil-laqgħa ta’ nhar il Ħamis li ġej se nħarsu lejn is saħħa mentali u ser naraw kif dawn l-istejjer jistgħu saħansitra jkunu ta’ kuraġġ u ispirazzjoni għal ħaddieħor. Magħna se tingħaqad Claire Borg, psikoterapista li se tgħinna nifhmu aħjar it-tipi ta’ diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali li nistgħu niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna, kif ukoll ittina iktar informazzjoni dwar x’nistgħu nagħmlu f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tixtieq issir taf aktar dwar dan is-suġġett, ingħaqad magħna ħalli flimkien niddiskutu u nitgħallmu aktar fuq kif nistgħu nieħdu ħsieb aħjar tas-saħħa mentali tagħna u ta’ kif nistgħu inkunu ta’ sapport għal dawk qrib tagħna li jkunu għaddejin minn dawn id-diffikultajiet.

Nisperaw li narawk! 🙂

Details

Date:
21st June, 2018
Time:
20:30 - 22:00
Event Category:

Venue

Attard Youth Centre
Attard Youth Centre, Triq Ħal-Warda
Attard, Malta

Organiser

YouthReach
Phone:
99999761
Email:
info@youthreachmalta.org
Website:
https://youthreachmalta.org

« All Events