Iż-żagħżugħ moħħ ir-riħ.
Iż-żagħżugħ ma jafx x’issarraf il-ħajja.
Iż-żagħżugħ għadu żgħir wisq biex jifhem.
Imma huwa l-istess żagħżugħ moħħ ir-riħ li mimli enerġija għal ħajja. Huwa l-istess
żagħżugħ li għax ma daqx il-ħajja, huwa sinonimu mal-bidla. Huwa l-istess żagħżugħ li għax
għadu żgħir wisq, kapaċi jbiddel problema f’opportunità.
Ta’ kull nhar ta’ Tlieta fis-6.15 ta’ filgħaxija, ġewwa l-Youth Centre ta’ Ħ’Attard, YouthReach
jiltaqa’ ma’ dan iż-żagħżugħ. YouthReach huwa grupp taż-żgħażagħ li twaqqaf fl-2009. Matul
dawn is-snin, ħoloq spazju fejn iż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu ħbiberiji ġodda waqt li ma
jibżgħux jesprimu dak li jemmnu fih.
Permezz ta’ laqgħat varji, bħal diskussjonijiet, volontarjat, laqgħat spiritwali, logħob etc.,
iż-żgħażagħ tgħallmu iktar fuq il-ħbiberija, ir-responsabbilta`, it-‘teamwork’, ir-relazzjoni
tagħhom ma’ Alla, kif ukoll fuqhom nfushom.
Fil-ħajja mgħaġġla taż-żgħażagħ, faċli nsiru vittmi ta’ rutina ta’ studju jew xogħol. Int li int
żagħżugħ, aħsibha ftit! Ilkoll għandna bżonn żvog. Nistednuk tingħaqad magħna. Irridu
niltaqgħu miegħek!